Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wasslet għall-arrest ta’ raġel Franċiż ta’ 23 sena.
Ir-raġel kien arrestat f’lukanda wara li fil-pussess tieghu instabu numru ta’ kapsoli b’sustanza suspettata kokaina, b’ammont totali ta’ 1.2 kilogramma.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntanta.
Hu mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li gejjin.
//= $special ?>