It-Ten Pin Bowler Maltija Sarah Xuereb rebħet il-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Ewropew tal-Juniors li sar fil-belt ta’ Aalborg fid-Danimarka. Xuereb rebħet din il-midalja fil-kategorija tal-Masters li hi kategorija riservata għall-aqwa 24 bowler.
F’din il-kompetizzjoni Xuereb eliminat liċ-champions tal-Ingilterra, tad-Danimarka u tal-Ingilterra qabel ma tilfet kontra Wittura tal-Awstrija.
Xuereb kienet ferm viċin li tirbaħ midalja oħra fil-kategorija tad-Doubles, kategorija li ħadet sehem fiha flimkien ma’ oħtha Raquel. Il-koppja Maltija, li kienu jinsabu fit-tielet post flimkien mal-Ingilterra tilfu s-shoot-out b’pin waħda u minn hawn ‘il quddiem kienu l-Ingliżi li eventwalment rebħu d-deheb.
Sarah Xuereb li din is-sena għad trid tagħlaq 17 -il sena hi waħda mill-atleti elite ta’ pajjiżna u tattendi l-iskola nazzjonali tal-Isport.
F’dawn l-aħħar sentejn hi rebħet l-unur taż-żagħżugħa tas-sena fl-Isportivi Nazzjonali. Ta’ min jinnota li fil-passat Xuereb diġa’ kisbet unuri importanti fil-Kampjonati tal-Mediterran u fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
//= $special ?>