Għawdex Lokali Mużika

Charles Buttiġieġ għall-Istitut tal-Mużika Curtis f’Philadelphia

Il-Baritonu Għawdxi jintgħażel biex jissokta l-istudji vokali fl-Istati Uniti

Iż-żagħżugħ Għajnselmiż Charles Buttigieg għadu kif intgħażel biex jissokta l-istudji vokali tiegħu fl-Istitut Mużikali Curtis f’Philadelphia, fl-Istati Uniti.

Huwa kien issejjaħ għall-audition lura f’Marzu fejn f’messaġġ fuq Facebook dak iż-żmien kien radd ħajr lill-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja tal-għajnuna kollha sabiex tela’ hemm u sponsarjawlu din l-opportunità. Lura f’Lulju fuq Xarabank, it-tenur Joseph Calleja kien qal dan il-kliem fuq Charles: “Għandu d-deheb ġo leħnu … jfakkarni meta jien kont żgħir.”

Il-Baritonu Għawdxi ta’ 18-il sena preżentament jitħarreġ minn Maestro Jack Livigni u l-għalliema tal-kant Juliette Bisazza.