Lokali Mużika

FILMAT: Il-Maltija Emma tipprepara għas-serata finali

Il-kantanta Emma Muscat kompliet għaddejja bit-taħriġ tagħha għas-Serale ta’ Amici li se jkun qed jixxandar dirett nhar is-Sibt li ġej fuq Canale 5.

Din il-ġimgħa Emma kellha duett mal-kantant Irama, li ukoll jinsab fil-finali.

Ħafna Taljani qed jikkummentaw b’mod pożittiv ferm dwar is-sehem taż-żagħżugħa Maltija f’din it-trasmissjoni, li kull sena titmexxa minn Maria de Filippi.

Fuq Facebook Emma kitbet hekk:
Nirringrazzja lil Maltin u l-Għawdxin kollha tas-support u tal messaġġi ta’ inkorraġġiment. Il-fażi tas-Serale hi viċin hafna – fis-7 ta’ April!

Inkompli dan il vjaġġ tiegħi b’ħeġġa u diterminazzjoni kbira.

Il-pagni tas-social media tieghi min dawn il jiem jiehdu hsiebhom it team tieghi. #TeamEmma! Grazzi mil qalb.