It-tradizzjoni tal-pizza fil-familja Paolini ta’ Sqallija ilha tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra, iżda fortunatament għal pajjiżna din issa rabbiet l-għeruq f’Malta.
Dan hekk kif Angelo stabilixxa ruħu fi gżiritna fejn sab l-imħabba u fetaħ erba’ ristoranti kif ukoll skola fejn wieħed jista’ jitgħallem jagħmel il-pizza. Madankollu jgħid li sfortunatament, il-Maltin ftit li xejn għadhom ħadu din l-opportunità.
Iżda dawk li ssieħbu ma’ din l-akkademja, mhux biss qed jagħmlu isem għalihom, imma wkoll għal pajjiżna, hekk kif jikkompetu f’isem pajjiżna fil-kompetizzjonijiet mondjali, fejn ikollhom sfidi differenti.
Dawn il-kompetizzjonijiet huma mill-iktar rinomati, bl-aħħar edizzjoni tara kompetizzjoni bejn 500 parteċipant minn 36 pajjiż differenti.
Ritratti: Matthew Tabone, Muntaġġ: Raphael Farrugia, Filmati: Steve Psaila