F’Londra, tfajla mietet wara li sofriet numru ta’ tiri fin-naħa tat-Tramuntana ta’ Londra ftit wara d-9.30 tat-Tnejn filgħaxija.
Numru ta’ paramediċi ssejħu fuq il-post biex jippruvaw isalvaw lit-tfajla ta’17-il sena – iżda kollu kien għalxejn hekk kif ġiet iċċertifikata mejta fi triq residenzjali għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart.
F’inċident ieħor tifel ta’ 16-il sena sofra feriti wkoll wara tiri fin-naħa tal-Lvant ta’ Londra. Jidher li dan il-każ seħħ għal ħabta tal-10 ta’ filgħaxija – madanakollu dan tal-aħħar għadu jinsab f’kundizzjoni kritika fejn bħalissa jinsab rikoverat fi sptar f’Londra għall-kura.
//= $special ?>