Il-Prinċep Philip ittieħed l-isptar għal operazzjoni pjanata li se ssirlu għada. Dan qalu l-uffiċċju tal-Buckingham Palace fi stqarrija li ħareġ dalgħodu.
Id-Duka ta’ Edinburgh għandu l-età ta’ 96 sena u rtira mix-xena rjali f’Awwissu li għadda.
F’Ħadd il-Għid infatti l-Prinċep m’attendiex għas-servizz annwali tal-Għid f’Windsor u marret biss ir-Reġina Eliżabetta.
Buckinghan Palace qal li aktar dettalji fuq il-kundizzjoni tiegħu “se joħorġu fil-ħin xieraq”.
//= $special ?>

