Kultura Lokali

Inkontri ma’ nies minn pajjiżi differenti f’esebizzjoni fotografika

Wirja ta' ritratti li tiċċelebra d-diversità fil-kulturi Asjatiċi u Sud-Amerikani fl-Imrieħel

Vjaġġ ta’ sitt xhur f’ tnax-il pajjiż differenti fl-Amerika Latina u x-Xlokk tal-Asja wassal lill-fotografu Taljana Elsa Allen ittella’ wirja fotografika b’ritratti ta’ nies minn dawn il-pajjiżi differenti fl-Imrieħel.

Ma’ NET News elaborat iktar dwar il-ħsieb wara din il-wirja:

“The exhibition is called Friendly Strangers, the main concept of the whole exhibition, as it comprises a collection of portrait photos that I collected all over the world. It basically speaks about all the people I met in my travels, them welcoming me in each different country in different ways. Each photo has a different story and is linked to a beautiful moments that I recall and brought home with me.”

Hija riedet twassal il-messaġġ b’saħħtu li wieħed jista’ jħossu komdu u milqugħ minkejja li jgħix ‘il bogħod minn daru:

“It is more about the fact of being a solo traveller around the world and the experience of meeting a lot of people, sharing moments with them and being welcomed in different countries. Diversity was not an issue as I was welcomed, embracing the fact of being so different but in fact we are all the same.”

Żewġ ritratti li ġibdulna l-attenzjoni tagħna, intitolati Glowing out of dust u The guardian, ttieħdu s-sena l-oħra minn Elsa Ellen ġewwa l-Indja. L-ewwel ritratt ittieħed fil-villaġġ remot ta’ Orissa, fejn it-toroq u d-djar magħmulin mit-tajn, u juri mara liebsa msielet ileqqu li meta Ellen qaltilha kemm hi sabiħa, hi tbissmitilha lura. It-tieni ritratt ittieħed f’tieġ kbir fil-kapitali New Delhi u juri raġel li għal bidu stmerr il-fotografu għaliex kienet l-unika stranġiera fit-tieġ iżda mbagħad taha l-kunsens tiegħu biex tingħaqad mal-familja tiegħu fit-tieġ.

Il-wirja tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa 20 t’April bejn id-9 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija fost il-ġimgħa f’ DAAA Logics Gallery, Triq il-Palazz l-Aħmar, l-Imrieħel. Ir-ritratti esebiti f’din il-wirja huma għall-bejgħ u parti mill-qliegħ se jmur għall-karità.