Ambjent Lokali

Issa hu l-mument opportun biex il-Gvern jgħaddi l-infurzar f’idejn l-ERA – Birdlife

Wara r-riżenja tal-kap tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi, Sergei Golovkin, BirdLife Malta tħoss li dan huwa l-mument opportun biex il-Gvern jgħaddi r-responsabbiltajiet tal-infurzar talliġijiet tal-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi f’idejn l-Awtorità Maltija talAmbjent u r-Riżorsi (ERA).

Kien ċar sa mill-bidu li din it-taqsima falliet milli tilħaq uħud mill-miri prinċipali tagħha, l-aktar dawk relatati mal-infurzar, minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza f’dan il-qasam, speċjalment fejn għandu x’jaqsam mal-ornitoloġija. BirdLife Malta tinsisti li kienet, u tibqa’, il-politika tal-Gvern li tiddetermina kif l-aġenziji tiegħu, u allura anke l-impjegati taċ-Ċivil fi ħdanhom, joperaw.

BirdLife Malta temmen bis-sħiħ li waqt li d-WBRU għandha tibqa’ l-aġenzija li tissorvelja d-derogi mid-Direttiva Ewropea tal-Għasafar u d-dmirijiet amministrattivi u leġiżlattivi marbutin magħha, ir-responsabbiltà tal-infurzar għandha tiġi mgħoddija lura f’idejn l-ERA li għandha persuni kompetenti li għandhom il-ħiliet meħtieġa biex jieħdu ħsieb l-infurzar b’mod aktar effiċjenti