Lokali

Jibbażaw karriera fuq il-logħob

Timmaġinak tistudja u tibni karriera fuq il-logħob?

Din mhix ħolma iżda l-missjoni ta’ grupp ta’ studenti li jistudjaw kif jilagħbu l-logħba Counterstrike fl-Area Academy tal-Iżvezja u li bħalissa jinsabu f’pajjiżna għal esperjenza li matulha qed jipprattikaw ukoll l-Ingliż.

F’pajjiżna dawn l-istudenti Żvediżi qed iqattgħu sigħat jilagħbu f’tim fl-istess waqt li jiksbu diversi ħiliet u valuri.

Iltqajna magħhom fil-Gaming Lounge ta’ Birkirkara, fejn wieħed mill-istudenti, Mathias Warg, jiddeskrivi bla ebda tlaqlieq il-ħolma li qed jaħdem għaliha.

Tkellimna wkoll mal-għalliem li qed jakkumpanjahom, l-eks gamer professjonali Frederik Andersson.

Apparti li komplew jitħarrġu fuq Counterstrike, kellhom ukoll diversi sfidi fosthom li jitkellmu u jiftehmu bejn il-membri tal-iskwadra tagħhom bl-Ingliż waqt li jikkompetu u jisfidaw lill-avversarji.