Kultura Lokali Mużika

L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena bil-Programm Mużikali Annwali tagħha

Il-Banda Elenjana sena 'l-bogħod miċ-ċentinarju tagħha

L-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara se ttella’ t-28 Programm Mużikali Annwali tagħha nhar is-Sibt, 14 ta’ April, 2018, fis-Sala tal-Kulleġġ Santa Tereża, Skola Sekondarja, Mrieħel, fis-7 ta’ filgħaxija.

Il-Programm Mużikali Annwali se jkun fih siltiet meħuda mir-repertorju klassiku, popolari u kontemporanju bħas-Slavonic Rhapsody no. 2 ta’ Carl Friedemann, Despacito u Bon Jovi in Concert. Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella, mgħejun mill-assistenti Jeremy Sultana u Anthony Carbonaro. Solisti f’dan il-kunċert insibu lill-vjolinista żagħżugħ Bernard Curmi u l-kantanta Michela Galea, li se tkanta Rolling in the Deep. Jieħdu sehem ukoll is-Santa Maria Accordian Band Malta.

Dan il-programm se jkun taħt il-patroċinju tas-Sur Nazzareno Vassallo u ppreżentat minn Moira Delia. Kull min jixtieq jattendi jista’ jaqta’ l-biljetti mill-Każin tal-Għaqda jew mis-sala stess qabel il-Programm Annwali.