Kurżitajiet Lokali

“Oh my Malta” – il-karattru Malti miġbur f’minuta

Il-paġna popolari Nas Daily fuq Facebook tiġbor il-karattru Malti f'filmat ta' minuta

Il-persunaġġ popolari fuq Facebook Nas, ilbieraħ ġie milqugħ minn numru kbir ta’ Maltin fil-Belt Valletta. B’risposta tajbin għal din il-laqgħa sabiħa mill-Maltin, f’minuta rnexxielu jiġbor il-karattru Malti u jxandru mad-dinja kollha.

Nas Daily hi paġna fuq Facebook li ta’ kuljum li jitfa’ filmat ta’ minuta – u fost dawn il-filmati ħafna minnhom jkunu dwar numru ta’ pajjiżi li jkun qed iżur. Din il-paġna ta’ Facebook isegwuha madwar 5.6 miljun persuna.

Wara li nhar is-Sibt li għadda, Nas fuq Facebook kiteb biex għal ħabta tal-5pm, jiltaqgħu miegħu l-Maltin biex iħejji dan il-filmat fuq pajjiżna – kienu ħafna li marru jieħdu sehem. Din hi l-post li tefa’ b’appell biex il-Maltin jiltaqgħu miegħu: