Knisja Lokali

Is-Sibt se jiġu ordnati 9 saċerdoti ġodda

Seba' mis-saċerdoti ġodda se jkunu patrijiet

Il-Knisja f’Malta ħabbret li nhar is-sibt se jiġu ordnati disa’ saċerdoti.

L-ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż-żgħażagħ – żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi – se ssir nhar is-Sibt 7 ta’ April fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15am.

Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni Dumnikan,
Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl
Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl

Il-knisja stiednet lil kulħadd biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni presbiterali u biex
jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu
ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.