NEPTUNES LEO VEGAS…..9
SIRENS GREENTUBE……..12
(1-4), (3-4), (3-3), (2-1)
Sirens Greentube komplew jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom meta din id-darba għelbu lil Neptunes Leo Vegas biex laħqu momentarjament lil San Ġiljan fil-quċċata. B’hekk huma għelbu liż-żewġ sfidanti diretti wara li kienu fetħu l-kampjonat b’rebħa fuq Sliema.
Partita li fiha Sirens għarfu jibdew il-logħba tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni 4-1, vantaġġ li bih setgħu jikkontrollaw il-logħba aħjar. Huma saħansitra kienu 6-1 minn fuq sal-ewwel żewġ minuti sat-tieni sessjoni, b’Neptunes jippruvaw jidħlu fil-logħba.
Huma l-aktar li resqu qrib kien sa tliet gowls f’nofs it-tielet sessjoni, iżda żewġ gowls fi ftit ħin ta’ Paul Privitera u Clint Mercieca reġgħu kkalmaw l-andament tal-avversarji. Neptunes reġgħu pruvaw jidħlu fil-logħba bi tliet gowls konsekuttivi li bihom id-distakk niżel għal żewġ gowls b’aktar minn nofs l-aħħar sessjoni. Iżda gowl ta’ Edward Aquilina għalaq il-logħba.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (2), K. Erdogan, G. Pace (1), J. Farrugia, J. Culic, N. Zammit (1), J. Camilleri (4), M. Cutajar, M. Zammit (1), J. Muscat, M. Azzopardi, F. Buhagiar
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, E. Aquilina (2), P. Privitera (1), M. Grech (1), I. Riolo (2), C. Mercieca (2), J. Sciberras (1), J. Napier, C. Zammit, L. Caruana, J. Brownrigg (2), A. Camenzuli
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI
BIRŻEBBUĠA FREEPORT….17
OTTERS NIVEA…………………9
(4-1), (3-2), (6-3), (4-2)
Birżebbuġa Freeport komplew jispikkaw fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni bir-raba’ rebħa minn erba’ logħbiet. Għat-tieni darba f’dan il-kampjonat, Birżebbuġa għelbu lil Otters iżda din il-logħba kienet differenti, biż-żewġ timijiet jiskorjaw aktar filwaqt li d-distakk bejn it-tnejn naqas bi tliet gowls.
Birżebbuġa fetħu tajjeb u żiedu gradwalment il-vantaġġ biex sa tmiem it-tieni sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 7-3. Huma għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’sitt gowls minn ħames plejers differenti, biex fl-aħħar sessjoni l-kowċ Anthony Farrugia kompla juża aktar plejers fl-iskwadra. Punt pożittiv għal Otters reġa’ kien Matthew Sciberras li skorja erba’ gowls oħra.
Birżebbuġa: D. Abela, M. Borg (1), N. Cassar, D. Pace Lupi (3), J. Buhagiar (1), J. Rizzo Naudi (3), S. Vassallo (2), D. Cutajar (4), S. Micallef (2), G. Farrugia, K. Rizzo Naudi (1), R. Spiteri, D. Spiteri
Otters: K. Schembri, M. Camilleri, A. Magri (1), D. Dimech, C. Teuma, C. Bugeja, G. Mizzi, S. Dimech (1), K. Scicluna, E. Gravina (1), A. Falzon (1), G. Sammut (1), M. Sciberras (4)
Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca
Kampjonat Premier
Għada
Valletta v Exiles 6.45pm
Sliema v San Ġiljan 8.00pm
Kif Jinsabu
L R D T F K Pti
San Ġiljan 3 3 0 0 31 14 9
Sirens 4 3 0 1 33 33 9
Sliema 3 2 0 1 28 21 6
Neptunes 4 2 0 2 36 33 6
Valletta 3 0 0 3 13 27 0
Exiles 3 0 0 3 17 30 0
Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni
Għada
Marsaskala v Ta’ Xbiex 5.30pm
Kif Jinsabu
L R D T F K Pti
Birżebbuġa 4 4 0 0 48 21 12
Marsaskala 3 2 0 1 24 16 6
Ta’ Xbiex 3 1 0 2 23 21 3
Otters 4 0 0 4 18 55 0
//= $special ?>