Fil-basement tal-Blokka 21 ta’ Settembru fi Triq il Prinjoli Santa Lucija s-sitwazzjoni hi verament tal-biża’ – riħa ta’ drenaġġ, pajpijiet imkissrin, ħmieġ, moffa u umdita’.
Hekk stqarrew magħna diversi residenti li jgħixu f’din il-blokka tal-Gvern f’Santa Luċija, bil-familji ilhom żmien twil jissaportu riħa qawwija ta’ drenaġġ.
Wieħed mir-residenti spjegalna li din il-Blokka hi kollha mixtrija minnhom stess, iżda l-basement għadu jaqa’ taħt il-kontroll tal-Gvern Ċentrali tant li anke ċwievet u katnazzi għall-aċċess ta’ dan il-basement qegħdin għand il-Gvern.
Liam Sciberras, Minority Leader tal-PN f’Santa Luċija, spjega li fl-istess lokalita’ “din il-karba tan-nies li jgħixu f’livell ta’ sanita’ adekwata irrid inressaqha ‘l quddiem tant li se nkun hemm għal dawn in-nies sabiex finalment jgħixu ħajja feliċi”.
Hu stieden lill-awtoritajiet kkonċernati sabiex tiġi spezzjonata t-telqa massiċċa li tinsab fiha din il-blokka u li tittieħed azzjoni immedjatament.
//= $special ?>