Sport Sport Ieħor

Tennis: Djokovic jinfired minn ma’ Agassi

It-tennista mis-Serbja Novak Djokovic ħabbar li mhux se jibqa’ jaħdem mal-kowċ Andre Agassi.

Dawn it-tnejn kienu ilhom biss 11-il xahar jaħdmu flimkien imma matul dan il-perjodu l-wirjiet ta’ Djokovic xejn ma marru ‘l quddiem. L-eksnumru wieħed fid-dinja sofra telfiet fl-ewwel rawnds tal-Indian Wells u tal-Open ta’ Miami.

Agassi kien beda jaħdem ma’ Djokovic f’Mejju ta’ sena ilu wara li dan tal-aħħar kien temm ir-relazzjoni tiegħu minn mal-kowċ Boris Becker.

F’kummenti li ta Agassi dwar din l-aħbar qal li ħafna drabi hu u Djokovic kienu jispiċċaw jaqblu li ma jaqblux.

Issa l-uniku persuna li għadu qed jaħdem ma’ Djokovic hu l-ekstennista Radek Stepanek li kien ingħata kariga fit-tim ta’ Djokovic f’Novembru li għadda.