Għawdex sellem lil Dun Ġwann Attard – saċerdot li kien maħbub minn bosta.
Dun Ġwann Attard twield fis-7 ta’ Marzu 1938. Ħa l-ewwel formazzjoni edukattiva tiegħu fl-Iskola Primarja tax-Xewkija.
Fl-1949, Kompla l-istudji tiegħu fis-Seminarju Minuri u wara beda t-triq tal-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri fis-sena 1955. Huwa ġie ordnat saċerdot mill-Isqof t’Għawdex, Mons. Ġużeppi Pace nhar is-7 t’April, 1962 fil-Knisja Katidrali. Il-ministeru saċerdotali ta’ Dun Ġwann jaf il-bidu tiegħu fid-djoċesi ta’ Prato, l-Italja, komplieh fl-Istati Uniti tal-Amerika, sewwasew fid-djoċesi ta’ Bridgeport.
Wara mar l-Italja fil-belt ta’ Ruma, fejn serva fil-parroċċa ta’ Stella Maris ġewwa Ostia Lido, kif ukoll fl-istess żmien kompla l-istudji tiegħu tat-Teoloġija, fl-università S. Tommaso d’Aquino ġewwa Ruma.
Fil-15 ta’ Ġunju 1976 irċieva l-Liċenzjat fit-Teoloġija, bi speċjalizzazzjoni fit-Teolġija Spiritwali. Fl-istess sena ħalla Ruma u rritorna lura fid-djoċesi ta’ Għawdex. Mons. Isqof Nikol Cauchi afdalu l-inkarigu ta’ għalliem tat-Teoloġija Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri, kif ukoll bħala delegat fl-Uffiċċju Kateketiku fil-Kurja, Dun Ġwann wettaq il-ministeru Saċerdotali tiegħu f’diversi kontinenti u pajjiżi bħal fl-Awstralja kif ukoll fil-missjoni fil-Gwatemala u fil-Brażil.
Barra li serva b’mod regolari fil-parroċċa tagħna, Dun Ġwann ta s-sehem tiegħu bħala supply priest f’diversi santwarji.
Hu miet fl-età ta’ 80 sena waqt li kien qed joffri s-Sagrifiċċju tal-Quddiesa fil-parroċċa tax-Xewkija, nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu.
L-aħħar tislima ngħatatlu t-Tnejn 2 t’April. Il-quddiesa tmexxiet minn Mons. Isqof Mario Grech.
//= $special ?>