Titwettaq xewqa ta’ artist Malti wara mewtu.
Tliet artisti Maltin se jibqgħu ħajjin bl-arti reliġjuża li għamlu matul ħajjithom hekk kif jinsabu esebiti bħalissa ġewwa l-Parlament.
Familjari ta’ tliet artisti, Carmelo Mangion, George Fenech u Antoine Camilleri, ingħaqdu flimkien biex juru t-talent li kellhom dawn l-irġiel. Xogħol modern tas-seklu għoxrin li qajmu kontroversja f’dawk iż-żminijiet.
Dawk li jattendu qed jiġu mitluba jiffirmaw fi ktieb apposta filwaqt li hemm tliet kotba dwar il-pitturi tat-tliet artisti. Wieħed għandu ċ-ċans li jżur din l-esebizzjoni kuljum sal-11 ta’ April fl-entratura tal-Parlament.










