Lokali

Appell biex isib ir-ritratti li ħadulu mal-Prinċep Karlu

Cordina mal-Prinċep Karlu fl-2015
F'Ottubru li għadda l-Prinċep Karlu iltaqa' ma' Charles Cordina, li illum jinsab f'kundizzjoni ta' saħħa ħażina

It-tifel ta’ veteran Malti fir-Royal Navy qed jagħmel appell fuq Facebook sabiex xi ħadd isiblu ritratti ta’ missieru mal-Prinċep Karlu – ritratti li ttieħdu f’Ottubru li għadda. Dan ir-raġel, Charles Cordina, jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa ħażina ħafna u għalhekk it-tifel tiegħu qed jittama li jilħaq jurih ir-ritratti qabel imut.

It-tifel ta’ Cordina spjega kif il-Prinċep u missieru ltaqgħu darbtejn – darba fiċ-CHOGM tal-2015 u darb’oħra f’Ottubru 2017 meta l-media Ingliża ħadet diversi ritratti. Iżda sa issa dawn ir-ritratti ħadd ma jaf x’sar minnhom.

Cordina u l-Prinċep Karlu kienu servew flimkien min-Navy Ingliża. Meta ġie Malta, il-Prinċep kien għarfu mal-ewwel u qattgħu ħin jitkellmu flimkien.

Karlu kien anke sejjaħlu bħala “wieħed mill-ħbieb antiki tiegħu”.