Il-Bank HSBC qed jikkunsidra l-possibilta’ li jitlaq definittivament minn Malta frott deċiżjonijiet li qed jieħu l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-bank John Flint. Dan tħabbar illum mis-sit elettroniku awtorevoli Bloomberg.
Flint, li daħal fit-tmexxija fi Frar li għadda, qed jikkunsidra bidla fl-istrateġija tal-bank li taffetwa 67 pajjiż. Sorsi li tkellmu ma’ Bloomberg qalu li Malta, il-Bermuda u l-Urugwaj jistgħu jkunu fost il-pajjiżi affetwati minn dan iċ-ċaqlieq. Bil-possibilta’ li l-HSBC iħallu għal kollox pajjiżna.
It-tmexxija tal-HSBC mistennija tiltaqa’ f’Ġunju sabiex tikkonkludi l-pjan ta’ ristrutturar li se jkun mifrux fuq tliet snin.
Sadanittant, b’rabta ma’ dan, fi tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun fuq ta’ quddiemnett biex ikun assigurat li Malta tibqa’ tkun ġurisdizzjoni minn ta’ quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tas-servizzi finanzjarji.
@PNmalta will be at the forefront to ascertain that #Malta remains a leading #FinancialServices jurisdiction @HSBC_MT https://t.co/Dzlm8KFtmU
— Adrian Delia (@adriandeliapn) April 4, 2018
ir-rapport oriġinali jinsab fil-link hawn taħt:
https://www.bloomberg.com/news/articles/2018-04-04/hsbc-s-new-ceo-is-said-to-mull-more-country-exits-in-fresh-plan
//= $special ?>