Ekonomija Lokali

HSBC Malta ma jridx jikkummenta

Saqsejna jekk ir-rapport ta' Bloomberg hux fattwali

HSBC Bank Malta ma jridx jikkummenta dwar l-istorja li ħarġet illum minn Bloomberg u li tgħid illi l-bank se jagħlaq jew ibiegħ il-preżenza tiegħu f’pajjiżna.

Dan is-sit bagħat serje ta’ domandi lill-bank.

Fost l-oħrajn saqsejna, jekk ir-rapport ta’ Bloomberg hux fattwali, jekk il-bank hux konxju tal-pjan tas-CEO, u kif se jindirizzaw it-tħassib tal-klijenti tal-bank HSBC.

Kelliema għall-HSBC qalilna illi l-bank innota li numru ta’ midja lokali rrappurtaw dwar artiklu ppubblikat minn aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali aktar kmieni illum. “Għal darb’oħra, il-bank jasserixxi li ma jikkummentax dwar xnieghat jew spekulazzjoni.”

Saqsejna ukoll kemm hemm ħaddiema bħalissa impjegati mal-HSBC, iżda l-bank ma weġibx.