Lokali

Ċiklist jintlaqat minn vettura fi Triq il-Kosta

Ċiklist ta’ 30 sena isofri minn ġrieħi wara li ttajjar minn karozza fi Triq il-Kosta, limiti tan-Naxxar.

Iċ-ċiklist, minn Santa Venera kien qed isuq ir-rota meta għal xi raġun ntlaqat minn karozza tat-tip Nissan March misjuqa minn tfajla Kroata ta’ 19-il sena residenti l-Gżira. L-inċidenti seħħ għal ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Għal xi ħin waħda mill-karreġjati kienet magħluqa għat-traffiku.