Knisja Kultura Lokali

L-ispejjeż tal-Irxoxt se jitħallsu mill-kumpanija Melita

Dalgħodu saret laqgħa fil-Knisja tal-Birgu

Dalgħodu saret laqgħa bejn is-CEO tal-kumpanija Melita u l-Arċipriet tal-Birgu fejn ġie deċiż illi l-ispejjeż tar-restawr wara l-inċident tal-Ħadd se jkunu qed jitħallsu mill-kumpanija tat-telefonija.

Is-CEO kien preżenti fil-Knisja fejn ra l-ħsarat li saru fuq il-vara ta’ Kristu Rxoxt nhar il-Ħadd li għadda. Il-wire li miegħu weħlet il-lasta tal-bandiera tal-Irxoxt kien wire tal-kumpanija Melita.

Dan il-wire ġie stirat l-għada li seħħ l-inċident.

Intant, illum sar magħruf li l-vara se tittieħed Ħal Tarxien sabiex jibda r-restawr mill-artist Renzo Gauci.

Ritratti: Matthew Tabone