Lokali

FILMAT: Nas mhedded f’Malta

Minkejja li safa' aggredit minn Libjan fis-sakra, Nas iwassal messaġġ pożittiv lill-immigranti kollha minn Malta

Nas, il-personalita’ popolari fuq Facebook b’aktar minn 5.6 miljun persuna jsegwuh, ġie attakkat minn Libjan fis-sakra waqt li kien qiegħed ġo ħanut tal-mobiles f’Malta. Madanakollu, hu rnexxielu jdawwar l-episodju ikrah, f’messaġġ pożittiv lill-immigranti kollha minn Malta.

Nuseir Yassin

Skont kif irrakkonta Nas stess fil-filmat, raġel fis-sakra mill-Libja staqsih minfejn hu – u rrispondih li hu ġej minn tliet pajjiżi biex iżomma newtrali u ġenerali kemm jista’ jkun. B’hekk Nas prova ma jidħolx f’kontroversji politiċi – għalhekk irrisponda li hu mill-Palestina, Israel, u l-Amerka. Għal din ir-risposta, il-Libjan infexx jhedded lil Nas fejn kważi ħebb għalih bil-ponn – dan wara li beda jgħajjru għaliex kienu l-forzi armati Amerikani f’operazzjoni militari li qatlu lill-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi.

Iżda Nas, irnexxielu jdawwar il-filmat f’sens pożittiv u bagħat messaġġ pożittiv lill-immigranti. Stqarr li l-immigrazzjoni li l-aqwa ħaġa li tista’ tiġri lil kull pajjiż fejn ġab eżempju b’numru ta’ familji li kisbu suċċess u ħajja denja – minbarra li rnexxielhom jikkontribwixxu fis-soċjeta’ li jgħixu. Stqarr li dan l-episodju minn persuna fis-sakra m’għandux itebba’ r-reputazzjoni tal-immigranti.

Ara l-filmat t’hawn fuq dwar x’ġara.