Futbol Sport

FUTBOL: Gowl għal Schembri f’Ċipru

It-tim ta’ Apollon FC, li miegħu jilgħab il-plejer internazzjonali Malti, André Schembri rebaħ 3-0 kontra AC Omonia Nicosia u Schembri skurja wieħed mill-gowls tal-partita.

Dan kien anke l-100 gowl ta’ Schembri sa minn meta ħalla pajjiżna biex jilgħab il-futbol barra minn Malta. Fl-2007, Schembri kellu l-ewwel esperjenza tiegħu barra minn Malta, meta kien għad kellu biss 20 sena. Dakinhar hu kien lagħab fit-Tielet Diviżjoni Ġermaniża ma’ Eintracht Braunschwieg.

Sussegwentament Schembri lagħab ukoll ma’ FC Carl Zeiss Jena u FSV Frankfurt 1899 (Ġermanja), Austria Karnten (Awstrija), Ferencváros (Ungerija), Panionios B.C. (Greċja), AC Omonia Nicosia (Ċipru) u Boavista Futebol Clube (Portugal).

Ma’ dawn il-klabbs kollha hu lagħab biżżejjed biex skorja tal-anqas gowl wieħed ma’ kull klabb barrani li lagħab u biex laħaq it-tragward sabiħ ta’ 100 gowl skurjat ma’ disa’ klabbs barranin.

L-aktar klabb li Schembri miegħu skorja gowls kien dak ta’ AC Omonia, ironikament l-istess klabb li skorja kontra tiegħu ma’ Apollon Limassol. Ma’ AC Omonia, Schembri skorja ‘l fuq minn 40 gowl.

B’din ir-rebħa Apollon komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika, b’żewġ punti vantaġġ fuq APOEL FC.