Internazzjonali

Il-Prinċep Philip operat f’ġenbejh

Il-Prinċep Philip, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta, ilbieraħ l-Erbgħa ddaħħal fi sptar privat f’Londra biex issirlu operazzjoni f’ġenbejh wara li kien ilu xahar jilmenta mill-uġigħ. Skont Buckingham Palace, il-Prinċep Philip, li hu magħ-ruf ukoll bħala d-Duka ta’ Edinburgh, iddaħħal fil-King Edward VII Hospital, li spiss jintuża għall-kura tal-membri tal-familja rjali Ingliża. Il-Prinċep, ta’ 96 sena, f’Awwissu li għadda irtira mill-ħajja pubblika minħabba l-età u saħħtu, għalkemm xorta għadu jakkumpanja lil martu f’xi funżjonijiet uffiċ-jali. Il-ġimgħa li għaddiet hu ma attendiex għall-funzjonijiet tal-Għid minħabba l-problemi li nqalgħulu b’ġenbejh.