Il-Union Maltija tal-Impjegati tal-Banek (MUBE) fi stqarrija qalet li hi tikkonferma li ħadet azzjonijiet immedjati fl-aqwa interessi tal-ħaddiema biex tannulla spekulazzjoni negattiva dwar il-futur ta’ HSBC Bank Malta.
Din l-istqarrija ħarġet wara li s-sit tal-aħbarijiet internazzjonali Bloomberg irrapporta li l-Bank HSBC qed jikkunsidra l-possibilta’ li jitlaq definittivament minn Malta, frott deċiżjonijiet li qed jieħu l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-bank John Flint.
Il-Union qalet, li hekk kif din mhijiex l-ewwel darba li ġrat, l-MUBE se tkompi tissorvelja l-iżviluppi kif dejjem għamlet tul is-snin. Fl-istqarrija żiedet, li l-ħaddiema tal-HSBC qegħdin jaħdmu bla qatigħ biex ikomplu jkabbru x-xogħol tal-bank u jibqgħu jimxu bil-pjanijiet futuri tal-bank.
F’dan l-istadju, l-MUBE qalet li se titratta l-artiklu ta’ Bloomberg bħala spekulazzjoni mhux sostnuta. Għalhekk, filwaqt li se tkompli taħdem biex tikseb aktar assigurazzjoni mat-tmexxija tal-bank, il-Union se tkompli bl-aġenda tagħha, dik li tappoġġja l-interessi tal-impjegati billi titratta s-sitwazzjoni daqs li kieku ‘business as usual’.
Aktar aħbarijiet relatati:
RAPPORT TA’ BLOOMBERG: Possibilta` li l-HSBC jitlaq minn Malta
//= $special ?>