A
Il-militar fl-Arabja Sawdija ħabbar li kien interċetta missila oħra sparati mir-ribelli fil-Jemen.
Din id-darba il-missila kienet diretta lejn il-belt ta’ Jizan li tinsab tul il-fruntiera tal-Arabja Sawdija mal-Jemen. Ir-ribelli Houthi fil-Jemen qalu li fil-mira kien hemm impjant taż-żejt tal-Aramco.
Hekk kif il-missila kienet interċettata, bċejjeċ tagħha niżlu fuq zona residenzjali imma ma kienx hemm rapporti ta’ nies midruba. Irriżulta li l-missila kienet sparata minn Sada, fit-Tramutnana tal-Jemen li hi meqjusa bħala fortizza tar-ribelli.
Interċettata missila oħra diretta lejn l-Arabja Sawdija


