Internazzjonali

Jinstab tagħmir għall-ispjunaġġ f’Washington

Tagħmir għall-ispjunaġġ li jintuża biex ikunu interċettati telefonati u messaġġi li jintbagħtu minn fuqhom instabu fil-kapitali Amerikana, Washington. Id-Department of Homeland Security (DHS) qal ukoll li kien innota li kien qed ikun hemm attività sinonima mal-użu ta’ dan l-apparat. Id-DHS qalet li ma kinitx taf min kien qed juża dan it-tagħmir.

L-apparat li nstab hu dak magħruf bħala International Mobile Subscriber Identity catcher (IMSI), li jġiegħel lit-telefon ċellulari jaħseb li hu torri tal-kumpaniji tal-mobile phones. Dan l-apparat għandu d-daqs ta’ briefcase.

Apparti li jieħu l-informazzjoni ta’ dak li jaqbad miegħu, dan l-apparat jista’ wkoll jieħu informazzjoni mill-mobile phones ta’ dawk li jkunu fil-qrib.

Sa fejn hu magħruf, din hi l-ewwel darba li l-Gvern ammetta li dan it-tagħmir tal-ispjunaġġ kien qed jintuża fil-kapitali.