Lokali

“Leħen il-mara għandu jinfiltra l-istrutturi tal-Partit” – Adrian Delia fl-AGM tal-MNPN

Taħt it-tmexxija ta' Adrian Delia, il-PN qatt mhu se jkun favur l-abort

Il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia qatt mhu se jkun favur l-abort, tkun xi tkun iċ-ċirkostanza. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Laqgħa Ġenerali tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista li fiha ferħilhom tal-pożizzjoni li ħa l-istess Moviment dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf fil-liġi tal-vjolenza domestika.

Din il-mozzjoni titlob kemm li tiġi mħarsa t-tarbija sa mill-konċepiment, anki f’każi ta’ vjolenza domestka, u li jiħraxu l-pieni fuq kwalunkwe vjolenza. Dan jingħeleb mgħelba b’iktar għarfien fuq relazzjoni b’saħħitha bejn il-koppji miżżewġa u dawk mhumiex.

Delia fakkar kif daħħal il-portafol tal-abbort fix-shadow cabinet wara li lura fis-sajf kien bassar kif l-aġenda tal-Gvern kienet se tissokta biex tnawwar l-morali tal-pajjiż. Il-PN ma kellux oġġezzjonijiet għal kif ġiet irratifikata l-Konvenzjoni ta’ Istanbul iżda lmenta bil-qawwa għal mod kif il-Ministru Helena Dalli neħħiet ir-referenza tat-tarbija tal-ġuf minħabba r-referenza għalihom bil-kelma “dixxindent”, liema argument rrenda b’mod assurd mill-Avukat Ġenerali fejn taha raġun lill-argument imressaq mill-Partit Nazzjonalista.

Leħen il-mara għandu jinfiltra fl-istrutturi kollha tal-Partit u l-Kap tal-PN irid li l-vuċi tagħhom tinstema’ f’kull ħaġa li tikkonċernahom. Meta n-nisa jwasslu l-ħsieb distint tagħhom minn tar-raġel, dawn jagħtu ħajja ġdida lill-Partit b’mod parteċipattiv dirett. Delia appella għall-kuraġġ tagħhin f’dan ir-rigward biex il-Partit jistgħana bl-ideat.

Il-Partit Nazzjonalista kapaċi joffri alternattiva amministrattiva lll-pajjiż u jrid juri dan lill-poplu sabiex ikunu lesti jafdaw il-vot tagħhom lill-Partit. Il-messaġġ tal-Partit irid jinfiltra kull qasam tal-ħajja, mid-djar u l-kċejjen sal-każini u t-toroq tagħna.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista radd ħajr lill-President tal-Moviment Nisa tal-Partit Nazzjonalista, Barbara Buttiġieġ tal-ħidma sfieqa fi ħdan il-Partit. Hi rringrangazzjat lill-membri kollha tal-MNPN tal-kooperazzjoni u awgurat kull suċċess fil-ħidma tal-kumitat il-ġdid.

Il-kumitat il-ġdid tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista issa jikkonsisti minn: Doris Apap, Charlene Buttiġieġ Farrugia, Liz Said Curmi, May Bartolo, Claudette Delia, Anna Calleja, Carmen Vella, Simone Aquillina, Tiziana Grima, Claire Sinagra, Tiffany Abela-Wadge, Louise cilia, Sandra Smart Costantino, Mary Mangion u Roberta Adriana Sultana.