Il-provvista tal-ilma fil-Marsa u l-Ħamrun reġgħet lura għan-normal. Dan wara li sar ix-xogħol neċessarju biex jiġi fornut l-ilma minn żoni alternattivi. Mandanakollu, it-tiswijiet fuq il-ħsara li ġiet kaġunata għadhom għaddejin.
Aktar qabel: Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma tinfurma lil pubbliku li sfortunatament reġgħet ġiet kkaġunata ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma.
Residenti tal-Ħamrun u l-Marsa għandhom jesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma. Qed isir xogħol biex jitwassal l-ilma b’mod temporanju minn sistemi fil-viċin.
Aktar dettalji ser jingħataw fil-ħin li ġej.
Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400 Il-Korporazzjoni tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>