Fil-ġranet li ġejjin grupp ta’ esperti taljani mistennija jaslu Malta biex jiddeterminaw aħjar l-azzjoni li hemm bżonn biex tkun salvata l-ispira ta’ sittin metru li hemm fil-Pro-Kattidral ta’ San Pawl tal-Anglikani.
It-tim mill-kumpanija SOING li se jkunu mmexxija mid-ditta ta’ periti Architecture Project se jkunu qed jużaw teknoloġija moderna b’teknika mhux invasiva biex isibu qsim u instabiltà fit-torri ta’ sittin metru li ġew ikkawżati tul dawn l-aħħar 175 sena.
Il-finanzjament tal-proġett qed isir minn fondi miġbura minn kampanja mnedija fi Frar tal-2017 biex ikunu salvati kemm it-torri kif ukoll l-ispira li għandhom ħsarat kbar.
Il-Prinċep Karlu diġa ta l-kontribut tiegħu anke l-producer teatrali Sir Cameron Mackintosh ta donazzjoni ta’ mitt elf ewro għal dan il-proġett. Il-mira hi li jinġabru tliet miljun ewro.
L-intervent tal-ġimgħa d-dieħla se jkun kruċjali għax-xogħolijiet li se jsiru fit-tmintax-il xahar li ġejjin.
Kelliem għall-proġett qal liqed jagħmlu ħilithom biex l-impatt fuq ir-residenti tal-belt u l-belt nnifisha ikunu mill-inqas possibli.
//= $special ?>