Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Ġorġja fl-1 ta’ Ġunju. Din se tkun waħda minn partiti ta’ ħbiberija li se jilagħbu l-Maltin waqt li se jkunu fl-Awstrija għal kamp ta’ taħriġ.
Hu mistenni li waqt li se tkun l-Awstrija, Malta se tilgħab żewġ partiti oħra ta’ ħbiberija minbarra dik kontra Ġorġja.
Dawn il-partiti se jservu bħala tħejjija għall-Uefa Nations League li se tkun qed tieħu sehem fih Malta aktar tard matul din is-sena. L-impenn ta’ Malta kontra Ġorġja se jkun ir-raba’ mpenn tat-tim Malti sa minn meta beda jitmexxa mill-kowċ Tom Saintfiet.
S’issa, Malta taħt Saintfiet, titlef 3-0 kontra l-Estonja, 1-0 kontra l-Lussemburgu u 5-0 kontra l-Finlandja.
//= $special ?>