Gennaro Gattuso kien ikkonfermat bħala kowċ ta’ AC Milan fejn ilbieraħ kien iffirmat kuntratt ġdid li jorbot lil Gattuso fit-tmexxija ta’ Milan sas-sena 2021.
Għalkemm dettalji ekonomoċi ma kienux żvelati, jidher li Gattuso kellu qabża sostanzjali fis-salarju fejn xi rapporti qed jgħid li Gattuso se jibda jaqla’ somma ta’ żewġ miljun ewro kull staġun, kuntrast mal-kuntratt attwali li minn kien jaqla’ madwar 120 elf ewro fis-sena.
Gattuso ħa t-tmexxija ta’ Milan f’Novembru li għadda meta d-diriġenti ta’ Milan keċċew lil Vincenzo Montella wara d-draw ta’ mingħajr gowl f’San Siro kontra Torino.
Taħt it-tmexxija ta’ Gattuso, Milan jidher li qabdu t-triq it-tajba fejn Milan għadhom jittamaw fir-raba’ post fil-klassifika u f’post fil-UEFA Champions League, filwaqt li qed iħarsu wkoll laejn il-final tal-Coppa Italia li se tintlagħab fid-9 ta’ Mejju fl-Olimpico ta’ Ruma.
F’kummenti wara l-iffirmar tal-ftehim il-ġdid, il-kap eżekuttiv Marco Fassone qal li Milan iridu jibdew proġett fit-tul ma’ Gennaro Gattuso, li minn naħa tiegħu qal li se jaħdem iktar biex jgħolli l-livell ta’ Milan għall-passat glorjuż tiegħu.
//= $special ?>