Waħda mill-atrazzjonijiet kbar li wieħed isib fil-Belt Valletta bla dubju li hu l-kurċifiss tal-Knisja ta’ Ġieżu, meqjum f’pajjiżna bħala kurċifiss mirakoluż – kurċifiss illi sfortunatament għandu ħsarat konsiderevoli.
L-Arċikonfraternita’ tas-Santissmu Kurċifiss diġa’ bdiet ħidma sabiex jinġabru fondi għal dan il-proġett ambizzjuż. Fuq Facebook, qed isir appell indirizzat lejn dawk li huma interessati jikkontribwixxu finanzjarjament.
“Irridu nsalvaw din il-ġawrha nazzjonali li tant għandha devozzjoni”, kitbet l-Arċikonfraternita’ fl-appell tagħha.
Il-pjan oriġinali kien li r-restawr jibda wara l-festi tal-Għid. Fid-dawl ta’ dan l-Arċikonfraternità qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex bid-donazzjonijiet jinġabar l-ammont li hemm bżonn biex jissalva dan il-patrmonju nazzjonali.
//= $special ?>