Ritratti u filmati ta’ persuni b’airgun joqtlu ħamiem fit-toroq tal-Birgu ħoloq furur sħiħ wara li diversi ambjentalisti qalu li dan mhux il-mod li bih il-ħamiem għandhom jiġu kontrollati.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent ikkundanna l-isparar fuq il-ħamiem li seħħ fil-Birgu fejn sostna li l-isparar imur kontra l-politika tal-gvern dwar il-mod kif jitneħħa l-ħamiem salvaġġ.
Il-Ministeru qal li se jinvestiga dak li seħħ u se jieħu l-passi kollha meħtieġa dwar dan il-każ.
“Jeżistu metodi oħrajn biex jitneħħa l-ħamiem selvaġġ minħabba kwistjoni ta’ saħħa pubblika, li hu iktar sigur.”
//= $special ?>