Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa ġarrab ġrieħi serji meta l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-għaxra waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari, waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Fil-post issejħu l-pulizija u tim mediku, flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.