Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ċaħad l-akkuzi ta’ pussess u traffikar ta’ droga

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 35 sena mis-Swieqi wara li twaqqaf mill-Pulizija f’Paceville.

Jonathan Micallef tressaq quddiem il-qorti il-Ġimgħa filgħodu akkużat li nstab fil-pusess ta’ €32,000 fi flus kontanti u wkoll li nstab fil-pusesss ta’ kokaina fil-karrozza tiegħu.

L-Erbgħa filgħaxija, ir-raġel instab li kellu fil-pussess tiegħu ‘pouch’, li kien fih aktar minn 50 qartas bi trab abjad, kokaina, li kienu lesti biex jiġu ttraffikati.

Wara aktar tfittxijiet fir-residenza tiegħu, il-Pulizija sabet ukoll ammont iżgħar ta’ qratas, li wkoll kien fihom l-istess sustanza bajda, madwar 300 gramma ħaxixa u aktar minn 30,000 ewro fi flus kontanti.

Fil-Qorti r-raġel kien akkużat li d-droga ma kienetx għall-użu esklussiv tiegħu u li kien qed jittrafika f’post frekwentat miż-żgħażagħ, kien akkużat ukoll b’ħasil ta’ flus. Fil-qorti l-pulizija għamlet ukoll referenza għal xhieda mogħtija minn Spanjol li kixef minn fejn kien qed jixtri d-droga.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-ispettur Justine Grech filwaqt li l-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin deheru għall-akkużat.

F’PACEVILLE: Raġel arrestat wara sejba ta’ droga