Internazzjonali

L-eks-President tal-Korea t’Isfel kundannata għal 24 sena ħabs

L-eks-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye, kienet kundannata għal 24 sena ħabs u multa ta’ madwar 12-il miljun ewro. Dan wara li nstabet ħatja ta’ abbuż ta’ poter.
Verdett li kien imxandar dirett minn fuq it-televiżjoni nazzjonali Korean u hu l-qofol ta’ skandlu li heżżeż il-klassi politika fil-pajjiż.
Park instabet ħatja ta’ 16 mit-18-il akkuża mressqa kontriha. Il-maġġoranza tagħhom kienu marbuta ma’ tixħim, jew inkella pressjoni biex isiru pjaċiri.
Il-każ idur madwar ħabiba ta’ Park, Choi Soon-sil, ħabiba tal-eks-President. Park kienet inqabdet tagħmel pressjoni fuq kumpaniji kbar fil-Korea t’Isfel biex jiffavorixxu lil Choi u fundazzjoni li kienet tmexxi.
Hi nstabet ħajta wkoll li sfurzat kumpaniji biex jiffirmaw kuntratti tajbin ma’ kumpaniji ta’ Choi kif ukoll li jagħtu rigali lussużi lil Choi u bintha.
Barra minn hekk Choi kienet akkużata wkoll li ta dokumenti Presidenzjali kunfidenzjali lil Choi.
Park issa għandha sebat ijiem biex tappella.
Park kienet l-ewwel President mara tal-Korea t’Isfel kif ukoll l-ewwel President elett demokratikament li tkeċċa mill-Parlament mill-kariga.