Lokali Transport

Is-sigurtà fit-toroq f’kampanja edukattiva fost it-tfal fl-iskejjel

Fundación MAPFRE u l-Malta Public Transport ingħaqdu flimkien f’kampanja edukattiva fost 5,000 tifel u tifla fl-iskejjel primarji li tippromwovi s-sigurtà fit-toroq bl-isem ta’ Be Safe on the Road.

Sabiex jiġu evitati kemm jista’ jkun inċidenti fatali, dawn iż-2 kumpaniji mbarkaw fuq din il-kampanja li toffri opportunità lit-tfal biex jedukaw lill-ġenituri tagħhom sabiex isuqu b’ċertu kawtela u responsabbiltà għaliex anki huma jwettqu żbalji fit-triq.

Se tintuża l-komiċità, b’rappreżentazzjonijiet teatrali, kif ukoll il-mużika, permezz tal-grupp The Travellers, biex jitwassal dan il-messaġġ fost it-tfal għaliex kulħadd jista’ jagħmel differenza.