Internazzjonali

AĠĠORNATA: Persuni mejta u għexieren midruba wara vann saq għal fuq in-nies fil-Ġermanja

Tliet persuni nqatlu u iktar minn 20 persuna sfaw midruba wara li vann saq għal fuq in-nies fil-belt ta’ Muenster fil-Ġermanja. Huwa mifhum li l-vann instaq għal fuq in-naħa ta’ barra ta’ ristorant mimli nies.

Is-sewwieq tal-vann qatel lilu nnifsu wara l-attakk. Lura f’Dicembru 2016, vann saq għal fuq folla nies waqt is-Suq tal-Milied fil-kapitali Berlin f’attakk li ħalla 12-il persuna mejta.