Futbol Sport

BUNDESLIGA: Bayern Munich inkurunati champions tal-Ġermanja

Bayern Munich huma champions tal-Ġermanja meta għad fadal ħames partiti hekk kif rebħu 4-1 barra minn darhom kontra Augsburg. Huma kienu 1-0 minn taħt wara li Niklas Sule tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess.

Imma TOLISSO skurja biex ġab id-draw u sitt minuti wara James RODRIGUEZ poġġa lil Bayern għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima Bayern skurjaw tnejn oħra permezz ta’ ROBBEN u WAGNER.

F’Ottubru li għadda Bayern kienu ħames punti wara l-liders Borussia Dortmund meta dakinhar keċċew lill-kowċ Carlo Ancelotti imma Jupp Heynckes għenhom jirkupraw bil-kbir biex rebħu l-kampjonat għas-sitt sena konsekuttiva u għat-28 darba fl-istorja tagħhom.

Huma jinsabu b’ċans li jirbħu t-‘Treble’ hekk kif il-ġimgħa li ġejja jilagħbu fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Sevilla wara li rebħu l-ewwel leg fi Spanja bi skor ta’ 2-1 u fis-17 ta’ April għad irid jilagħbu wkoll fis-semifinali tat-tazza domestika kontra Bayer Leverkusen.

L-aħħar darba li Bayern rebħu t-‘Treble’ kien proprju meta dawn kienu taħt it-tmexxija tal-istess Heynckes.