L-Istudenti Demokristjani Maltin appellaw lill-partijiet konċernati fil-proġett tal-Faċilitajiet Sportivi tal-Università ta’ Malta sabiex kemm jista’ jkun imexxu ‘l quddiem din l-applikazzjoni, fil-qafas tal-Pjan Strateġiku tat-titjib tal-istess Università.
Dan wara li l-applikazzjoni ġiet diferita wara li ntalab biex il-kwistjoni tal-parkeġġ fl-Università tiġi ndirizzata f’dan il-proġett permezz ta’ parkeġġ taħt l-art.
Għalkemm jirrikonoxxu li l-parkeġġ huwa fattur problematiku fl-Università, fi stqarrija, SDM tenniet li dan il-proġett m’għandux jinżamm lura fil-proċessi tal-ippjanar għaliex fl-aħħar mill-aħħar, l-istudent se jbagħti b’dan.
L-SDM ilha ttambar dwar in-nuqqasijiet kbar tal-faċilitajiet sportivi preżenti lura fl-2016 permezz tal-kampanja Be a Winner u permezz tal-Kunsill Studenti Universitarji appellat lill-amministrazzjoni tal-Università sabiex tmexxi b’dan il-proġett li joffri lill-istudent universitarju faċilitajiet state of the art.
//= $special ?>