Internazzjonali

Fil-Kanada: żgħażagħ imutu wara li xarabank ta’ tim tal-hockey taħbat ma’ trakk

Fil-Kanada 14-il persuna tilfu ħajjithom wara li xarabank li kienet qed iġġorr tim taż-żgħażagħ tal-ice hockey ħabtet ma’ trakk  ilbieraħ filgħaxija.

Iż-żgħażagħ, li l-eta’ tagħhom tvarja minn 16 sa 21 sena, jagħmlu parti mit-tim Humboldt Broncos u kienu fi triqithom biex jilagħbu kontra tim ieħor. Il-Pulizija Kanadiża qalet li dak il-ħin fuq ix-xarabank kien hemm 28 persuna li 14-il persuna minnhom tilfu ħajjithom. Il-persuni l-oħrajn ittieħdu l-isptar għall-kura bi 3 minnhom isofru ġrieħi gravi.

Fi tweet, il-Prim Ministru Justin Trudeau qal li ma jistax jimmaġina minn xiex jinsabu għaddejjin il-ġenituri ta’ dawn iż-żgħażagħ.