Xrar li ġew ikkawżati minħabba short-circuit, ħolqu nirien żgħar fuq tower crane li kien ma’ binja f’Paceville.
Kelliem għall-Pulizija qal lil NetNews li f’dan l-inċidenti ma weġġa’ ħadd u kif ukoll li s-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll f’qasir żmien mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Huma qalulna li tul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ikunu l-bosta żgħażagħ li jiffrekwentaw iż-żona u minħabbba f’hekk din ingħalqet għal xi ħin u l-aċċess kien limitat. F’xi ħinijiet tul il-lejl ukoll it-toroq tal-madwar ingħalqu għat-traffiku biex isir ix-xogħol meħtieġ.
//= $special ?>