Ambjent Lokali

FILMAT: Proċess ta’ konsultazzjoni mill-PN fuq il-‘fuel station policy’ f’żoni ODZ

Il-PN jmur lil hinn fil-konsultazzjoni biex jisma’ lil kulħadd.

Il-Partit Nazzjonalista huwa kontra l-bini ta’ pompi tal-petrol f’postijiet li hemm barra miż-żoni tal-iżvilupp u huwa għalhekk li l-oppożizzjoni se tniedi proċess ta’ konsultazzjoni biex titfassal politika ċara fuq il-fuel station policy f’żoni ODZ.

Dan il-procċess qed juri biċ-ċar kemm il-Partit Nazzjonalista irid jisma’ lil kulħadd.

Il-PN jisħaq li huwa kontra l-bini f’postijiet li huma barra miż-żoni tal-iżvilupp.

Marthese Portelli kelliema responsabbli mill-Ippjanar u r-Rappreżentant tal-Opożizzjoni fl-Awtorità tal-Ippjanar fuq Net Live qalet li kien l-obbligu tagħha lejn il-ġid komuni li tivvota kontra dan l-iżvilupp. Dan waqt laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar li saret il-Ħamis li għadda u li fiha kellha tittieħed deċiżjoni fuq żvillupp ta’ pompa tal-petrol f’żona ODZ f’Ħal Luqa. Il-vot intemm f’parità u d-deċiżjoni ġiet differita.

Hija qalet li l-applikazzjoni tfisser li art ta’ 100 metru kwadru fiz-zona tas-Savoy, fejn attwalment tinsab il-pompa tal-petrol, kienet se tizvillupa f’art oħra oħra fuq 3000 metru kwadru f’art ODZ f’Ħal Luqa.

Barra minn hekk b’din l-applikazzjoni kien qed jiġi kompromess 2000 metru kwadru oħra art agrikola. Hija qalet ukoll li hemm ir-riskju li jiġu kkontaminati żewġ boreholes li hemm fil-viċin, b’impatt fuq il-water table.

Minn banda oħra, ir-rappreżentant tal-gvern Laburista, ivvota favur dan l-iżvilupp f’art agrikola. Hija sostniet li kieku l-Partit Nazzjonalista vvota favur din l-applikazzjoni, kieku kien jgħaddi l-vot biex isir l-iżvilupp. Marthese Portelli tul l-intervista qalet li mill-ġdid il-Partit Nazzjonalista ħares li jisalvagwardja l-interess komuni. Paradoss iżda min-naħa tal-gvern Laburista li kkontradixxa lilu nnifsu u mar kontra l-politika tiegħu stess, dik li jħares l-ambjent.

Intant il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent, Jason Azzopardi ħabbar li talab lis-Segretarju tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent biex il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol tiġi diskussa b’urġenza fil-laqgħa li jmiss. Dan iddikjara li issa hu evidenti li l-Gvern qed jipprova jirbaħ iżjed żmien sakemm kull applikazzjoni tiġi approvata.

Portelli fuq dan qalet li kemm hi kif ukoll Azzopardi f’isem il-Partit Nazzjonalsiat qed jaqdu dmirhom biex dan l-iżvilupp ma jsirx. Huwa ta’ tħassib iżda li l-Gvern mhux jikkunsidra jagħmel moratorium sakemm tiġi aġġornata din il-policy.

Gvern li jikkontradixxi lilu nnifsu. Oppożiżżjoni li taġixxi kif huwa xieraq.

Hija qalet li għandna gvern li jgħid mod, iżda jaġixxi mod ieħor, filwaqt li Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tgħid li qiegħda hemm għall-poplu “u meta ġiet għas-si u n-no, aġexxiet”, bl-interess ewlieni jkun dak komuni.