Il-Gvern jidħaq bir-residenti Misidjani fuq il-parkeġġ ta’ Rue d’Argens fl-Imsida. Jagħti l-parkeġġ għal ftit jiem u wara dan jerġa jittieħed, bir-resident jaqgħad fin-nofs.
Xhur ilu, il-Ministru tat-Trasport dak iż-żmien Joe Mizzi kien ftiehem mal-Kunsill Lokali tal-Imsda sabiex sakemm isir ix-xogħol fuq it-toroq tal-Kappara, jitneħħa l-parkeġġ minn din it-triq u anki f’oħrajn fiż-żona. Il-Kunsill kien qabel għax fehem iċ-ċirkustanza.
Fuq din il-kwistjoni kienet inqasmet ċirkulari fejn dan anki elenka li se tingħata alternattiva ta’ parkeġġ lir-residenti f’dan il-perjodu. Dan iżda qatt ma sar.
Kunsilliera Laburista jaqblu mal-mozzjoni li ressaq il-PN
F’mozzjoni li ressaq il-Minority Leader tal-PN Charles Selvaggi, f’isem il-Kunsilliera Nazzjonalisti, ġew diskussi dawn il-punti fost oħrajn biex tittieħed azzjoni xierqa li tħares ir-residenti, u kif ukoll ġie elenkat biex l-Imsida tingħata skema ta’ parkeġġ li tpoġġi aktar l-interess tar-resident fuq quddiem. Ma’ din il-mozzjoni qablu wkoll il-maġġoranza tal-Kunsilliera Laburisti fl-Imsida fejn il-Kunslliera kollha tal-PN u dawk preżenti tal-PL issekondaw din il-mozzjoni.
Fil-kummenti li ta lil NetNews Selvaggi qalilna li kontinwament l-Imsida qed tbati minn influss enormi ta’ traffiku u kif ukoll ta’ negozji li qed jieħdu ħafna mill-ispażju Misidjan, u jagħtu ftit li xejn ta’ kontribut lura lill-komunità. Huwa qalilna li fuq din il-materja l-Gvern baqa’ ma kkonsultax mal-Kunsill u baqa’ għaddej romblu minn fuqhom.
Il-Kunsilliera Nazzjonalista fil-lokal tal-Imsida flimkien ma’ Selvaggi huma Matthew Agius, Alan Abela Wadge u Maurice Agius.
//= $special ?>