Kummerċ Lokali

Il-Pulizija ma twieġeb xejn mid-domandi ta’ NET LIVE

Sors: Mill-paġa ta' Facebook ta' dan il-ħanut f'pajjiżna
Mill-investigazzjoni li għamilna sa issa kollox jindika li l-prodotti bi traċċi ta' kannabis huma kollha legali għax fihom hemp seeds

Il-Pulizija baqgħu totalment siekta dwar l-istorja rappurtata lbieraħ f’NET LIVE u l-investigazzjoni fuq il-prodotti bi traċċi tal-kannabis li qed jinbiegħu fi ħwienet Maltin.

F’din l-investigazzjoni, it-tim tal-produzzjoni qabbad kompliċi sabiex nakwistaw ċikkulata li qed tiġi reklamata bħala prodott b’estratti miż-żejt tal-kannabis (CBD). Wara, irriżulta li skont il-lista tal-ingredjenti din iċ-ċikkulata fiha hemp seeds u mhux CBD.

Saqsejna lll-Pulizija jekk il-bejgh ta’ prodott bħal dan hux legali, jekk il-Pulizija (Drug Squad) hix konxja li hawn dawn il-prodotti fis-suq u jekk jistax isir bejgħ direttament lill-konsumaturi.

Il-Liġi tal-Kannabis Mediċinali tagħmilha legali li timporta prodotti biż-żejt CBD. Iżda din iċ-ċikkulata (skont l-ingredjenti) ma fiha l-ebda traċċi ta’ CBD.

Id-domandi tagħna lill-Pulizija sa dalgħodu baqgħu mhux imwieġba.

Ikkummenta