Internazzjonali

Ir-Russja titlob għal-laqgħa mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit

Fi stqarrija maħruġa mill-ambaxxata Russa f’Londra, saret talba formali biex issir laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin għar-Renju Unit Boris Johnson – ġurnata biss wara li sar magħruf l-eks spjun Russu Sergei Skripal li safa attakkat b’velenu, qaleb għall-aħjar wara trattamenti mediċi.

L-istqarrija mill-Gvern Russu tistqarr li s’issa l-interazzjoni bejn iż-żewġ Gvernijiet kienet waħda ‘mhux sodisfaċenti għal kollox’. Żiedet, li wasal iż-żmien biex titħejja laqgħa bejn il-Ministru Brittaniku Boris Johnson u l-ambaxxatur Russu Alexander Yakovenko biex jiddiskutu l-problemi kunfliġenti li hemm, filwaqt li jitrattaw l-investigazzjoni li għaddejja dwar l-inċident ta’ Salisbury.

Madwar xahar ilu, l-eks spjun Russu Sergei Skripal u t-tifla tiegħu Yulia, kienu nstabu mitlufin minn sensihom fuq bank f’Wiltshire city, jiġġieldu għall-ħajjithom. L-aħħar rapporti jgħidu li s’issa li ż-żewġ vittmi qalbu għall-aħjar.