Membri tal-kontinġent Malti li bħalissa jinsab fl-Awstralja għal Logħob tal-Commonwealth ta prestazzjonijiet mill-aqwa fit-tielet jum tal-Logħob.
It-tim tal-Lawn Bowls żiedu t-tamiet li Malta tirbaħ midalja meta l-Women’s Fours u il-Men’s Pairs ikkwalifikaw għas-semi-finali.
It-tim tan-nisa magħmul minn Sharon Callus, Rosemarie, Rebecca u Connie-Leigh Rixon, żamm il-partitarji Maltin fuq ix-xwiek sa l-aħħar minuti tal-logħba tagħhom kontra l-Indja, li rriżulta f’rebħa ta’ 13-11.
Din kienet it-tieni rebħa ta’Malta fuq l-Indja wara rebħa ta’ 20-15 fil-fażi tal-grupp.
Għada Malta issa tilgħab kontra l-Afrika t’Isfel wara li dawn tal-aħħar għelbu lil New Zealand b’skor ta’ 16-8.
Minkejja li kienu kkunsidrati bħala l-favoriti, l-Awstraljani Brett Wilkie u Aaron Wilson, li rebħu lill-Malti b’skor ta’ 22 -11 fl-istadji tal-grupp, kienu l-Maltin Brendan Aquilina u Shaun Parnis li kkawżaw disfatta għall-ekschampion tad-dinja Wilkie u ċ-champion tal-Open Awstralja Wilson meta għelbuhom b’skor ta’ 15-13.Malta issa tilgħab kontra l-iSkozja.
Yazmin Zammit Stevens waqqfet tliet rekords nazzjonali, b’ punteġġ ġenerali ta’ 174kg, rekord nazzjonali ġdid meta hi għelbet ir-rekord li kienet waqqfet fil-Kampjonati tal-Commonwealth fil-Malasja fl-2016.
Zammit Stevens spiċċat il-kompetizzjoni fis-seba’ post, minn total ta’ 16-il-parteċipant. Zammit Stevens irreġistrat rekord b’77 u 79 kilogrammi fl-isnatch. Il-Kanadiża Maude Charron rebħet il-midalja tad-deheb b’total ta ‘220kg.
Il-Ħadd Team Malta ser jkun qed jikkompeti fl-Atletika permezz ta’ Charlotte Wingfield, fl-isparar permezz ta’ Marlon Attard u fil-Lawn Bowls.
//= $special ?>